Dak Li Int Tqis Ħrafa
16/07/2015
Grupp ta' atturi stabbiliti, u oħrajn żgħar, ingħaqdu flimkien għall-provi tal-qari tal-iscript 'Dak Li Int Tqis Ħrafa'.
Grupp ta' atturi stabbiliti, u oħrajn żgħar, ingħaqdu flimkien għall-provi tal-qari tal-iscript 'Dak Li Int Tqis Ħrafa'.
Ritratti grazzi għal Fiona D'Amato.
X'inhi eżatt 'Dak Li Int Tqis Ħrafa'?
Fit-tieni minn din is-serje ta' filmati, Stephanie Bonnici titkellem dwar l-iscript, x'wassal għalih u l-għan warajh.
X'inhi eżatt 'Dak Li Int Tqis Ħrafa'?
F'din is-serje ta' filmati, niltaqgħu ma' Stephanie Bonnici li titkellem dwar kif il-Premju tal-President għall-Kreattività għenha tiżviluppa l-kitba għat-teatru.
30/06/2015
"Iżda dawk ma jeżistux. Dawk biss ħrafa. Ħrafa bħal dak il-ħsieb li jidwi f’moħħok u li int twarrbu. Twarrbu bħal ma titwarrab l-innoċenza tiegħek, hekk kif idduq ftit mill-velenu li jkun hemm lest għalik, mingħajr ma int biss taf. Il-fantażija sempliċi. Ara r-realtà. Dik differenti."
16/06/2015
Barnuża Ħamra, Blanchette, jew kif nafuha aħjar, Little Red Riding Hood. L-istorja tal-lupu, tat-tfajla, u tan-nanna. Storja li smajniha b***a drabi. Storja li tqanqlek hekk kif timmaġina lil dan il-lupu li jiekol lin-nanna.
Iżda l-istorja tal-lupu mhix biss ħrafa. Il-lupu jeżisti u jħuf madwarna. Il-lupu jilbes maskra u jistaħba warajha, bħalma staħba taħt il-friex. U bħalma Red Riding Hood ħasbitu n-nanna, hekk ukoll b***a tfajliet madwar id-dinja, ta' kuljum jiġu mqarrqa. Iżda bħall-istorja tal-lupu u n-nanna, din titqies fantażija tal-moħħ - ħrafa bħal dik li kienu jgħidulna meta konna żgħar.
Dak li int tqis ħrafa, għal ħaddieħor jista' jkun l-akbar realtà.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Website
Address
Rabat