Museum Rabat

Museum Rabat

Share

06/06/2026

Illejla l-Museum jiftaħ fis-6:45pm għall-gruppi Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti. Ikollna laqgħa u ħin ta' logħob. Preparatorja sat-8:15pm, Magħżulin 1 sat-8:30pm u l-Magħżulin 2/Aspiranti sal-9:45pm.
Għada l-Ħadd inqaddsu l-jum bil-quddiesa. Il-knisja għada tiċċelebra l-festa tal-Ġisem u d-Demm ta' Ġesù - l-Ewkarisitja. Il-quddiesa tal-10:30am tkun animata speċjali għat-tfal.
Il-Ħadd hija vaganza pubblika. Filgħaxija ma niltaqgħux.
Nawguraw lil dawk kollha li mill-ġimgħa li ġejja se jibdew l-eżamijiet annwali.

04/06/2026

Tkompli t-thejjija għall-Ewwel Tqarbina. Għada l-Ġimgħa għandna l-qrar għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina u min jixtieq anke għall-ġenituri. Nibdew fil-5:30pm fil-Museum.

20/05/2026

Infakkru li jekk Alla jrid nhar il-Ħadd li ġej l-adolexxenti kollha li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f'Ottubru li ġej se jagħmlu t-talba lill-Knisja sabiex jersqu għal dan is-Sagrament. L-Adolexxenti kollha mistennija jattendu għal quddiesa tal-10:30am. Tajjeb ħafna li dawn ikunu akkumpanjati mill-ġenituri u l-parrini tagħhom. Nitolbu għalihom lkoll.

🔥Nhar il-Ħadd li ġej, Solennità tal-Għid il-Ħamsin, nistiednu lill-adolexxenti flimkien mal-ġenituri, parrini u l-katekisti tagħhom għall-quddiesa tal-10.30am.

🕊️Matul din iċ-ċelebrazzjoni, l-adolexxenti ser jagħmlu t-talba uffiċjali tagħhom biex jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej.

20/05/2026

Kemm hi vera din! Inħeġġu lill-ġenituri kollha, b'mod speċjali dawk li t-tfal tagħhom se jersqu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof sabiex jisimgħu dan il-kliem b'qalb miftuħa għall-grazzja t'Alla.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Rabat?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Telephone

Address


MUSEUM, Triq Taċ-Ċagħki
Rabat
RBT2160

Opening Hours

Monday 17:45 - 19:45
Tuesday 17:45 - 19:45
Thursday 17:45 - 19:45
Friday 17:45 - 19:45
Saturday 18:00 - 22:00
Sunday 10:00 - 11:00
15:30 - 19:00