Msida St Joseph FC

Msida St Joseph FC

Share

16/06/2026

🔴⚪ Il-Kumitat ta’ Msida St Joseph FC jixtieq jawgura lil Rebecca Buttigieg u Mariah Meli li kienu ukoll eletti mid-9 Distrett.

Nifirħu ukoll lil Graziella Attard Previ li ġiet eletta mill-10 Distrett.

Prosit u awguri għall-ħidma tagħkom fil-leġiżlatura li ġejja.

Rebecca Buttigieg Mariah Meli Graziella Attard Previ

14/06/2026
Photos from Msida St Joseph FC's post 13/06/2026

Ilbieraħ il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju saret l-Assemblea Ġenerali Annwali (AGM) ta’ Msida St Joseph FC.

Matul il-laqgħa ġew diskussi l-attivitajiet tas-sena li għaddiet, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb, kif ukoll il-pjanijiet u l-viżjoni għall-istaġun li ġej. Kien mument importanti fejn il-membri setgħu jagħtu l-kontribut u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-futur tal-klabb.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew u li qed ikomplu jsostnu lill-klabb tagħna. 🔴⚪

06/06/2026

🔴⚪ Il-Kumitat ta’ Msida St Joseph FC jixtieq jawgura lill-ħames kandidati eletti mid-9 Distrett:

• Eve Borg Bonello
• Michael Falzon
• Joe Giglio
• Clifton Grima
• Alex Perici Calascione

Nawgurawlkom kull suċċess fil-ħidma tagħkom favur il-komunitajiet li tirrappreżentaw u għall-ġid tal-pajjiż kollu.

Prosit u awguri għall-ħidma tagħkom fil-leġiżlatura li ġejja.

Kumitat
Msida St Joseph FC 🔴⚪
Eve Borg Bonello Joe Giglio Clifton Grima Alex Perici Calascione

05/06/2026

📢LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI (AGM)

Tfakkira li l-Laqgħa Ġenerali Annwali (AGM) se ssir nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju fis-6.30PM fil-Clubhouse.

Inħeġġu lill-membri kollha biex jattendu u jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-ħidma tal-klabb u l-pjanijiet għall-futur.

Wara l-laqgħa jkollna bibita f'atmosfera ta' ħbiberija u għaqda.🔴⚪

29/05/2026

Appoġġ bħal dan jagħtina aktar motivazzjoni biex inkomplu naħdmu għall-ġid tal-klabb u tat-tfal tagħna. ⚽👏

Nixtiequ nirringrazzjaw lil Joe Giglio talli kien ta’ sostenn għall-klabb tagħna permezz tad-donazzjoni mogħtija. Kull għajnuna tagħmel differenza u tgħinna nkomplu nikbru bħala familja waħda.

Nieħdu din l-okkażjoni biex nawguraw lil Dr Giglio kull suċċess fl-elezzjoni.

Grazzi tal-fiduċja u tal-appoġġ kontinwu lejn il-futbol lokali. 🔴⚪

29/05/2026

📢LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI (AGM)

Il-Klabb jixtieq jinforma li l-Laqgħa Ġenerali Annwali (AGM) se ssir nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju fis-6.30PM fil-Clubhouse.

Matul il-laqgħa se jiġu ppreżentati r-rapporti annwali, jiġu diskussi l-pjanijiet futuri tal-klabb u affarijiet oħra relatati mal-amministrazzjoni u l-attivitajiet tal-klabb.

Il-membri u sapporters kollha tal-klabb huma mistiedna jattendu.🔴⚪

27/05/2026

Kull appoġġ li jirċievi l-klabb jgħinna nibqgħu mexjin ’il quddiem u noħolqu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ tagħna.

Nirringrazzjaw lil Rebecca Buttigieg tal-kontribut u l-appoġġ muri lejn il-klabb tagħna.

Nieħdu din l-okkażjoni biex nawguraw lis-Sa Buttigieg kull suċċess fl-elezzjoni.

Grazzi talli qed tappoġġjaw il-futur tal-futbol lokali u lill-familja tal-klabb tagħna. 👏🔴⚪

26/05/2026

📢LAQGĦA GĦALL-MEMBRI TAL-KLABB

Il-Kumitat jixtieq jinforma lill-membri kollha li nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju fis-6:30pm se ssir laqgħa għall-membri tal-klabb. Il-laqgħa se tinżamm fil-Clubhouse fi Triq Misraħ il-Barrieri.

Matul din il-laqgħa se jiġu diskussi diversi affarijiet importanti marbuta mal-klabb u tingħata informazzjoni dwar l-istaġun li ġej.

Inħeġġu lill-membri kollha jattendu.

Grazzi tal-appoġġ kontinwu tagħkom. 🔴⚪

Photos from Msida St Joseph FC's post 25/05/2026

Illum fakkarna permezz ta' quddiesa lil eks President tagħna Robert Farrugia, f'għeluq is-sena mit-telfa tiegħu. 🙏

Saret quddiesa f’ġieħu ċċelebrata minn Dun Vincenz Cachia, fejn ingħaqadna flimkien biex nitolbu għal ruħu u nfakkru l-ħidma, id-dedikazzjoni u l-imħabba li dejjem wera lejn il-klabb u l-komunità tagħna. Il-memorja tiegħu tibqa’ tgħix fina lkoll.

Nirringrazzjaw lil kull min attenda u lil Dun Vincenz għas-servizz li tana. 🌹🔴⚪

Want your business to be the top-listed Gym/sports Facility in Msida?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Category

Website

Address


Msida Football Ground, Quarry Street
Msida
MSD1106