Museum Mosta

Museum Mosta

Share

30/05/2026

IS-SIBT
Il-Museum jiftaħ fis-6:30pm. Inkomplu l-film ta' San Ġwann Bosco u jkollna ħin ta' logħob. Sena 5 sal-Magħżulin 1 ( year 6 sa year 8 ) idumu sat-8:00pm. Il-Magħżulin 2 u l-Aspiranti (year 9+) jistgħu jibqgħu għall-ikel mal-prifetti sad-9:30pm.

IL-ĦADD
Illum il-Museum ma jkunx miftuħ. Illum fil-Knisja niċċelebraw il-festa tat-Trinità Qaddisa. Inkomplu nadurawha u nirringrazzjawha permezz tal-Quddiesa.

23/05/2026

GRUPP TAL-BIBBJA 'IL-KELMA'

Il-laqgħa li jmiss se ssir nhar it-Tnejn 25 ta' Mejju fis-7:00pm fil-Museum. Se nkomplu niskopru l-profeti ż-żgħar, din id-darba Ġoel u Għabdija.

Dawn il-laqgħat ma jkomplux minn waħda għall-oħra. Jiġifieri jekk għadek qatt m'attendejt, tista' tattendi xorta waħda. Niltaqgħu!

23/05/2026

Is-Sibt 23 ta' Mejju
Fis-6.30pm niftħu l-Museum għal ħin ta' logħob u nkomplu l-film ta' San Ġwann Bosco. Sena 5 u 6 idumu sat-8.00pm. Il-Magħżulin 1 ( year 8 ) se jkollhom Eat-Pray-Play sad-9.30pm.
Il-Magħżulin 2 u l-Aspiranti (year 9+) jitilqu mill-ewwel fis-6.30pm lejn Pembroke għall-attività tagħhom tax-xahar sal-10.00pm. Nitolbu lill-ġenituri jibagħtu javżaw mill-iktar fis jekk it-tifel se jattendi.

Il-Ħadd 24 ta' Mejju - Festa ta' Pentekoste
AM
L-adolexxenti f'Sena 6 (year 7) li jixtiequ jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f'Ottubru li ġej huma mitluba jagħmlu t-talba tal-Griżma waqt il-quddiesa tad-9:30am fil-Bażilika. L-attendenza tagħhom hija neċessarja. Il-ġenituri mitluba jattendu magħhom ukoll biex jagħmlu l-wegħda tal-ġenituri tat-tfal tal-Griżma. Il-parrini mhemmx għalfejn jattendu llum.

PM
Il-Museum jiftaħ fl-4.00pm.
Sena 5 u 6 (years 6 u 7) imorru mal-prifetti tagħhom lejn l-Għar il-Kbir, limiti ta' Ħad Dingli. Jiġu lura l-Museum għas-7.00pm. Nitolbuk tavża jekk it-tifel se jattendi għal din il-ħarġa.
Il-Magħżulin u l-Aspiranti (year 8+) jitilqu lejn Baħar iċ-Ċagħaq għal hike u ħin ta' logħob u wara ikel f'restaurant (tajjeb li t-tifel ikollu xi flus miegħu biex ikun jista' jixtri xi ħaġa tal-ikel u x'jixrob). Niġu lura l-Mosta għas-7:30pm. Għal din il-ħarġa qed nitolbu €5 għat-trasport. Nitolbu lill-ġenituri jibagħtu javżaw jekk it-tifel se jattendi għal din il-ħarġa.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Mosta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Telephone

Address


19, Triq Papa Ġwanni XXIII
Mosta
MST1122