Mosta Parish
06/06/2026
Il-Fundraising group tal-Parroċċa tal-Mosta ser jorganizza Lejla Maltija, il-Ġimgħa, 26 ta' Ġunju 2026, fl-Oratorju Marija Immakulata, b'risq il-Festa ta' Santa Marija.
Il-Menu tal-Kbar ser ikun:
Platt Malti jew Spaghetti Fenek
Fenek jew Tiġieġ jew Braġjoli jew Ħut,
Patata u Ħaxix
Mqaret bil-ġelat
Tazza Inbid jew Luminata u Kafe
Il-Menu tat-Tfal ser ikun:
Beef Burger & Chips Jew Chicken Nuggets & Chips
Ġelat
Tazza Luminata.
Għall-biljetti ċempel fuq:
M’Ann Porter – 21434036 or 79434036 ; Josette Meli 99897430 ; Ufficcju Parrokkjali 21433826 jew mingħand il-helpers tas-soltu.
06/06/2026
1. IL-ĦADD (7) Niċċelebraw il-festa ta’ Corpus. Wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Fi tmiem il-purċissjoni, tingħata l-Barka Sagramentali fil-Bażilika. Fis-7:00pm, fil-Bażilika ikun hawn il-Quddiesa bħas-soltu.
2. IT-TNEJN (8) Fil-5.00pm ser issir Adorazzjoni, fil-Bażilika bis-sehem tat-tfal kollha tal-Parroċċa. It-tfal huma mitluba jattendu fil-ħinijiet li ġew avżati mill-Katekisti.
3. IT-TNEJN (8) Se ssir Ġurnata Adorazzjoni, fil-Kappella l-qadima ta’ Santa Margerita, mid-9am sa nofsinhar u mill-4.00pm. sas-6.30p.m.
4. MIT-TLIETA (9) sal-ĠIMGĦA (12) Fil-Bażilika se ssir siegħa Adorazzjoni mill-5:30p.m. sas-6:30p.m. u wara Quddiesa kantata.
5. IT-TLIETA (9) L-Azzjoni Kattolika Adulti ser torganizza attivita, fid-9.30am, fl-Oratorju Marija Immakulata, għall-okkażżjoni ta’ Jum il-Missier. Tibda bil-Quddiesa u wara se jkun mistieden missjunarju li għandu rabta ma l-Azzjoni Kattolika tal-Mosta. Kulħadd mistieden jieħu sehem.
6. IL-ĠIMGĦA (12) Festa tal-Qalb ta’ Ġesu. Fit-7.45am se ssir Adorazzjoni fil-Knisja Marija Omm il-Knisja, f’Ta’ Mlit sat-8.15am. Fil-5.30pm Adorazzjoni fil-Bażilika, fis-6:30pm tibda Quddiesa kkonċelebrata u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Ss.mu Sagrament li fiha jieħdu sehem it-tfal li rċivew l-Ewwel Tqarbina, il-fratelli, l-għaqdiet reliġjużi, il-kleru, il-Banda Santa Marija u l-pubbliku. Il-purċissjoni tgħaddi minn dawn t-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, Dun Mikiel Xerri, Brittanja, Mitħna l-Qadima, Ġnejna, San Ġwann, Grognet, Torri, Kungress Ewkaristiku, Pjazza Rotunda. Fi tmiem il-purċissjoni jsir it-tiġdid tal-Konsagrazzjoni tal-Parroċċa lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u tingħata l-Barka Sagramentali.
7. IS-SIBT (13) Tiġi ċċelebrata l-festa tal-Qalb ta’ Ġesu fl-Oratorju. Fis-9am se jibda Jum ta’ Adorazzjoni fil-Kappella tal-Oratorju sas-6:00pm. Fis-6:00pm tingħad it-talb tal-Għasar u wara jkun hemm purċissjoni mis-Sagrament li tgħaddi minn Pjazza Dun Ang Camilleri, Ponsomby, Gafa, Barrieri għall-pjazza Dun Ang Camilleri.
8. IL-ĦADD (14) Fid-9.30pm se ssir Quddiesa tal-Festa tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesù, fil-kappella u wara attivita għall-familja kollha, b’logħob, ikel u divertiment. Matul il-Quddiesa jsir talb għall-benefatturi ħajjin u mejtin.
9. IL-ĦADD (14) Fil-5p.m., fil-Bażilika, ssir iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
10. Il-Grupp Servizz Tama fil-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa se jorganizza ħarġa għall- Anzjani għall-knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat, nhar l-Erbgħa 17 ta' Ġunju filgħodu. Il- programm jinkludi quddiesa u ruzarju. Kitba fl-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar is-Sibt.
11. IL-ĠIMGĦA (26) il-Fundraising group tal-Parroċċa se jorganizza Lejla Maltija, fil-bitħa u l-ġnien tal-Oratorju Marija Immakulata. Booking mingħand il-helpers tas-soltu jew mill-uffiċċju parrokjali. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboard. Lkoll imħeġġin nieħdu sehem.
12. Nitolbu għal Pauline Borg u Raymond Ghigo li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej.....
PROGRAMM TAL-JUM - DAILY PROGRAM
Il-Ħamis 4 ta’ Ġunju 2026 –Thursday 4th June 2026 .
Festa ta’ San Pietru ta’ Verona
Il-ħin tal-Quddies fil-Bażilika ikun 6:30am, 7:30am, 8:30am u 6:30pm
9:00am-11:00am u 4:30pm-6:00pm fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar.
Mass time at the Basilica is at 6:30am, 7:30am, 8:30am and 6:30pm
9:00am-11:00am and 4:30pm-6:00pm in the Basilica there will be a confessor from outside the parish for confession in preparation for the first week of the month.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the place of worship
Website
Address
15, Church Street
Mosta